Hekk kif ninsabu biss jiem ‘il bogħod biex tintemm is-sena 2016 tajjeb li nfakkru li dawk kollha li se jagħlqu tmintax-il sena fl-2017, jistgħu jużaw it-trasport pubbliku bla ħlas għal sena. Din l-iskema ġiet imħabbra fil-baġit 2017.
Transport Malta ser tirrifondi il-kreditu użat matul ix-xahar preċedenti, kull xahar tas-sena. Jiġifieri, jekk persuna tuża aktar minn €20 fi Frar, fil-bidu ta’ Marzu, Transport Malta tagħti €20 fi kreditu permezz ta’Tallinja Card.
Din l-iskema tibda mill-ġurnata li l-klijent jagħlaq tmintax-il sena u tintemm meta l-persuna tagħlaq dsatax-il sena. Kull persuna tista’ tibbenefika minn €312 fi kreditu matul is-sena.
L-Awtoritá se tkun qed tagħti rifużjoni għal kull tip ta’ biljett jew rotta provduta minn Transport Malta.
Jekk inti se tagħlaq tmintax-il sena m’għandekx bżonn tapplika għal din l-iskema. Dawk li se jagħlqu tmintax-il sena jistgħu jibbenefikaw minn dan il-kreditu mill-ġurnata li jagħlqu tmintax awtomatikament. Wieħed irid ikollu tallinja card biex ikun jista’ jgawdi minn din l-iskema.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/12/TM-BUS-18-.pdf”]