Kulħadd jaf lil xi persuna jew hu stess idum biex iqum. Ir-rutina ta’ kull filgħodu hi li jkollok madwar ħames alarms f’ħinijiet differenti hekk kif wara li tkun tfejtu terġa’ tbexxaq ftit għajnejk, iżda l-kelma ftit hawnhekk ma tgħoddx għal kulħadd. Il-famuża Snooze tinbidel fl-akbar ħabiba tiegħek filgħodu.
Iżda studju li sar jgħid li jekk inti wieħed minn dawn il-persuni, l-intelliġenza tiegħek hija akbar minn ta’ sieħbek li jqum fil-ħin. Apparti minn hekk l-istudju jissuġġerixxi li dawn il-persuni, li ma tantx huma maħbuba minn dawk li jħaddmu, huma iżjed kuntenti u aktar kreattivi.
L-istudju Ingliż jgħid li dawk li jorqdu aktar, jew aħjar dawk li jdumu biex iqumu għandhom spirtu indipendenti u li għandhom stil ta’ ħajja simili għal tal-antenati tagħna. Satoshi Kanazawa u Kaja Perina, li għamlu dan l-istudju jgħidu li wieħed li jdum biex iqum huwa aktar intelliġenti u jaddatta aktar għall-ħajja moderna.
Jiġifieri, fi kliem sempliċi, bniedem intelliġenti biss jagħmlu użu tajjeb mil-buttuna tal-isnooze, li hija invenzjoni moderna.
Skont l-istudju, r-raġuni li wieħed ikun aktar kuntent u intelliġenti meta ma jżommx il-ħin, hija li dawn in-nies huma kapaċi jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għal bżonnijiet tagħhom u li għalhekk isibu s-soluzzjonijiet għall-problemi tagħhom.