Turist Malti ppublika dan ir-ritratt wara li żar Venezia.
Ta’ żewġ kafè u ‘hot chocolate’, il-kont tela’ kważi tletin ewro. Huwa ċar li xejn ma ħa pjaċir bil-kont, tant li kkummenta ‘jekk nerġa’ niġi, ninvesti f’Thermos”.
Tabilħaqq li l-prezz ta’ kemm wieħed iżomm għal servizz jiddependi minn kemm is-servizz ikun tajjeb. Hemm min jargumentalek li ma tħallasx biss għall-prodott, ċioe ix-xorb f’dan il-każ, imma għas-servizz, għall-veduti, għall-esperjenza.
Minn naħa l-oħra, hemm ukoll min jgħid li l-prezzijiet dejjem qed jiżdiedu għal affarijiet li qabel ma kinux jiswew aktar minn kemm għandek swaba’.
Kieku inti tħallas tletin ewro għal tliet kikkri?