ONE Productions Ltd. ġiet infurmata li xi residenti fost l-oħrajn minn Birkirkara, San Ġwann u l-Marsa, fl-aħħar sigħat tilfu t-trażmissjoni tal-istazzjon tagħna ONE li kienu normalment jaraw bl-aerial.
Il-kumpanija ġiet infurmata li l-antenna tal-Imtarfa ġiet imsaħħa aktar, biex tilqa għal dan l-inkonvenjent.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għaldaqstant qed ikun mitlub li min tilef dan l-istazzjon bl-aerial, għandu jdawwaru fid-direzzjoni lejn l-Imtarfa.
Dawk mhux milquta għandhom iħallu kollox kif inhu.