Tħabbret skema intiża biex aktar familji jinvestu f’enerġija rinnovabbli – għal dawk il-familji li m’għandhomx dritt jibnu fuq il-bjut ta’ fejn joqgħodu.
Dawn se jkunu jistgħu jinvestu f’solar panels komuni f’Tal Fiddien ir-Rabat. Il-Ministri Jose Herrera u Konrad Mizzi provedew dettalji waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.
L-ammont totali tal-Communal PV Farm ser ikun ta’ 1 Mega Watt u l-iskema li ser tkun qiegħda takkomoda madwar 350 familja.
Din hija l-ewwel skema ta’ din ix-xorta biex dawn il-familji ikunu wkoll jistgħu jibbenefikaw minn enerġija rinnovabbli u l-beneficcji Ii ġġib magħha. Hija skema konformi mal-politika tal-Gvern lejn enerġija aktar nadifa għall-pajjiżna.
L-Iskema se tkun immexxija mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma. Fid-19 t’Ottubru ser issir sessjoni t’informazzjoni minn naħa tal-Energy and Water Agency ġewwa Sant Iermu. Il-Ministri spjegaw li l-Gvern għamel l-iskema wara li sema’ diversi kummenti mingħand il-pubbliku. Ħafna esprimew ir-rieda li jinvestu f’enerġija rinovabbli iżda ma setgħux jagħmlu dan minħabba l-access limitat li kellhom għall-bejt.