Fil-veru sens tal-kelma, kif jgħid il-Malti; ‘Jekk ma tgħaddix mill-bieb, tgħaddi mit-tieqa.’ Hekk għamlet din il-qarnita li malli sabet il-ħin opportun imxiet lejn xaqq li ħasbet li tista’ tgħaddi minnu biex terġa’ tmiss l-ilma. Hekk għamlet u rnexxielha. Ma kienx bieb jew tieqa f’dan il-każ, imma għaliha, l-iżbokk li kellha offrut servieha ta’ tieqa ġdida fuq ħajjitha. Fil-filmat jinstema’ persuna tgħid li malli jinduna l-missier, mhux se jaħfirielu.