Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Edwin Vassallo għajjat kemm il-darba f’Ħaż-Żebbuġ li taħt Joseph Muscat jieqaf ix-xogħol. Dan minkejja li l-figuri nazzjonali juru li l-qgħad niżel fl-livelli rekord u li żdiedu bl-eluf in-nies jaħdmu.
Simon Busuttil fil-fatt, ammetta li fil-leġiżlatura li jmiss jkun qed joħloq inqas xogħol f’ħames snin minn kemm Joseph Muscat irnexxielu joħloq f’erba’ snin. Dan hekk kif Busuttil qal li se jkun qed joħloq 30,000 impjieg ġdid f’ħames snin meta Joseph Muscat irnexxielu joħloq 35,000 impjieg ġdid fi żmien erba’ snin.
Iżda minkejja dan, Edwin Vassallo kompla bit-ton negattiv u ta’ biżà tal-Kap tiegħu minkejja li hemm il-figuri u l-ħaddiema jmeruh.