Il-Maltin u l-Għawdxin jafu li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli meta jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela ma jiħux id-deċiżjonijiet. Dan għax huma l-ikbar xhieda tad-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru, inkluż f’sitwazzjonijiet diffiċli. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista sostna li huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, li ma jiddeċidix u bir-raġun. Dan għaliex jekk irid jibda jieħu d-deċiżjonijiet ikollu jibda minnu nnifsu.