Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument/i għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li dawn għandhom jassiguraw li dawn id-dokument/i għall-votazzjoni jingħataw lil dawn ir-residenti sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, is-27 ta’ Mejju, 2024.
Dan hu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-preparamenti u l-verifiki sabiex tassigura li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paul iżda preżentament residenti fl-imsemmi post ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, l-1 ta’ Ġunju, 2024, f’din ir-residenza.