Meta l-komunitajiet Ewropej jeskludu lill-Musulmani u jispiċċaw mingħajr impjieg u ħbieb, l-Istat Iżlamiku jaħtaf l-opportunità u juri li qed jissimpatizza magħhom.
Fi kliem Sarah Jayne Gilson, esperta dwar it-terroriżmu qalet ma’ one.com.mt li dawn iwegħduhom ħajja aħjar u joffrulhom impjieg li jħallas tajjeb. Isibuhom iddisprati tant li jispiċċaw jissieħbu magħhom għax ma jkollhomx alternattivi oħrajn.
Gilson qalet li dawn l-ewwel jibdew b’tqegħid ta’ bombi ’l hemm u ’l hawn, u s-sitwazzjoni teskala sakemm jispiċċaw jagħmlu bombi suwiċidali.
Fi kliemha, l-għaqdiet terroristiċi saru javviċinaw in-nies mis-Sirja u l-Iraq permezz tas-siti soċjali għax jużaw Twitter, Facebook u l-websajt tagħhom.
https://youtu.be/PIivmV00iYg
Irrimarkat il-ħtieġa li jkun hawn sistema ta’ integrazzjoni adegwata li tinkludi studju dwar kif is-soċjetà Maltija tiffunzjona u dwar in-nies li jidħlu f’pajjiżna. Iżżid tgħid li l-integrazzjoni trid tkun reċiprokata bejn dawk li qed jospitaw u dawk li jaslu fil-pajjiż billi ma jinqatgħux għalihom.
Intant, is-servizzi sigrieti ta’ kull pajjiż, inkluż dak ta’ Malta, janalizzaw kontinwament dak li jkun qed jiġri madwarna. Iddeskriviet is-serivizzi ta’ pajiżna bħala tajbin iżda ma jfissirx li ma nistgħux nintlaqtu minn attakki terroristiċi.
L-esperta qalet li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jitkellmu ma’ stati oħrajn biex jinvestigaw tali persuna suspettata u f’temp ta’ ħmistax-il minuta jgħaddu l-informazzjoni lil xulxin, u minn hemm wieħed jara jekk jibqax isegwi lis-suspettat.
https://youtu.be/Zd_gAnk3tvY