Applikazzjonijiet għal stipendji u grants għas-sena akkademika 2022/2023 issa huma miftuħa.
L-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti huma pprovduti mill-Gvern lil dawk li jistudjaw f’edukazzjoni ogħla.
Bħall-iskemi l-oħra kollha, l-iskema tal- Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti topera taħt sett ta’ regolamenti li jiddeterminaw l-eliġibilità, u dawk l-istudenti eliġibbli huma mistieda japplikaw billi jżuru dan is-sit.
L-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jinkludu l-Għotja tal-Bidu, l-Għotja ta’ Darba, l-istipendji, l-Għotjiet Supplimentari, l-Għotja tal-Ġenituri Waħedhom, l-Istipendji tas-Sajf u l-Istipendji Addizzjonali.
Waħda mill-miżuri mniżżla fil-baġit għal din is-sena d-dieħla b’rabta mal-edukazzjoni kienet propju ż-żieda ta’ 10% fl-istipendji tal-istudenti kollha. Barra minn hekk, kull student li kien eliġibbli għall-istipendju baqa’ jingħatalu anki jekk ħadem sa massimu ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. Dawn iż-żewġ miżuri swew total ta’ €5 miljun.
L-istipendji jitħallsu b’lura kull erba’ ġimgħat. L-istudenti li japplikaw għall Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti qabel l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena akkademika jirċievu l-ewwel stipendju b’lura, mill-bidu tas-sena, wara konferma mill-istituzzjoni edukattiva tagħhom, u wara li jkunu ikkonfermaw l-applikazzjoni onlajn tagħhom.
Jekk inti student u tixtieq tipproċedi għall-applikazzjoni, għandek bżonn:
- e-ID attiva
- IBAN validu
- Dokumentazzjoni obbligatorja, skennjata sewwa