Ġenituri qed jiġu mwissija biex jieħdu ħsieb tat-tfal tagħhom, dan hekk kif hemm trend ġdida ddur fuq il-midja soċjali fejn tfal qed jiġbdu filmati jaħarqu lilhom infushom bil-melħ u s-silġ.
Din it-trend ġdida li qed tissejjaħ “salt and ice challenge” tinvolvi żgħażagħ ipoġġu melħ u s-silġ fuq il-ġilda tagħhom, fejn ikkawżaw reazzjoni li tniżżel it-temperatura tas-silġ sa’ -17 Grad Celsius.
Il-parteċipanti mbad jaraw min jirnexxilu jissaporti l-aktar, fejn kawża t’hekk tikkawża ħruq, simili għall-frostbite. Wara jieħdu ritratti u jpoġġuhom onlajn.