Jekk int allerġiku għall-ħalib, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed jappella biex il-prodott White Rabbit Creamy Candy bid-dettalji t’hawn isfel, m’għandux jiġi kkunsmat minn l-istess persuni għax fih ħalib mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
Isem tal-Prodott: | White Rabbit Creamy Candy |
Ditta: | White Rabbit |
Numru tal-Lott: | 201608 |
Data tad-Durabbilita`: | 14/02/2018 |
Il-Kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet, għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.