Jekk inneħħu l-voti tal-Partit Demokratiku, id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jitla għal 40,106 vot. Dan hekk kif il-kandidati tal-Partit Demokratiku ġabu total ta’ 4,826 vot.
Il-Partit Laburista ġab total ta’ 170,976 vot jiġifieri 55.04% tal-voti.
Il-Partit Nazzjonalista ġab 130,870 vot jiġifieri 42.15% tal-voti.
Dan ifisser li mingħajr il-kandidati tal-Oranġjo, id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa akbar.