Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard kompla jfakkar favur prekawzjonijiet importanti li nistgħu nieħdu ta’ kuljum biex inaqqsu t-trasmissjoni tal-Covid-19 u kwalunkwe virus ieħor.
Bla dubju l-ħasil tal-idejn ta’ spiss, l-ilbies tal-maskra u anki ż-żamma tad-distanza soċjali jibqgħu tliet miżuri importanti.
Id-Direttorat fakkar ukoll li min anki rċieva t-tilqima jrid jibqa’ jieħu dawn il-prekawzjonijiet.
Sar aċċenn li persuna li tkun imlaqqma kontra l-Covid-19, xorta tista’ titrasmetti l-virus u tinfetta lil ħaddieħor u għalhekk jeħtieġ li tibqa’ tieħu l-prekawzjonijiet u tosserva l-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ġie appellat li l-maskra tintlibes u tgħatti kemm l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum.
Id-Direttorat qal li d-distanza bejn persuna u oħra għandha tkun ta’ mill-inqas żewġ metri u jekk tħossok ma tiflaħx, ibqa’ d-dar.