Kulħadd b’xi passatemp fil-ħajja. Min iħobb isiefer, min jieħu gost ipinġi, hawn min iħobb xi tip ta’ sport iżda Charles għandu mħabba kbira għall-muturi.
Hu sostna ma’ The People of Malta kif “qatt m’int lest minnhom. Għandi iktar minn wieħed. Minn meta kont żgħir kont bil-muturi.”
Spjega kif qatt ma ġietu f’moħħu li jista’ jweġġa’ b’mutur fejn qal “jekk ikollok tmut mhux xorta tmut? Il-mutur jagħtik sensazzjoni partikolari,” fejn kompla billi qabblu ma’ nassab li l-gost tiegħu hu li jara l-għasfur ġej.
Charles temm jgħid mal-paġna The People of Malta li l-ħolma tiegħu hi li jsuq Route 66 fl-Istati Uniti.