Il-Partit Nazzjonalista qal li se jkompli jbiddel il-programm elettorali tiegħu iktar milli ġa nbidel
Dan minkejja li l-programm elettorali ġie approvat mill-Kunsill Ġenerali.
Ikkonferma li għandna nistennew aktar veżjonijiet tal-manifest ta’ Bernard Grech, il-kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo waqt il-programm Insights fuq ix-xandir nazzjonali.
Il-fatt li l-partit ta’ Bernard Grech għandu tgerfix fil-programm elettorali kien innutat mit-Times, hekk kif ġie rrappurtat kif hemm diversi wegħdiet li huma doppji u oħrajn li qed jissemmew wegħdiet li mbagħad ma ssibhom imkien fil-manifest Nazzjonalista, iżda għal Bartolo li pretenda s-siġġu ta’ David Thake, il-manifest fih ftit żbalji ortografiċi.
Qal, “First of all qegħdin nitkellmu fuq affarijiet ta’ commas u dawk qas nagħti kashom għaliex huma typos.”
Imbagħad Ivan Bartolo qal li ma jimpurtax li jkun hemm u-turns.
Qal, “Jien għal pajjiżi mhux u-turn nagħmel imma 360.”