Kull min kien jaf lill-Perit Dom Mintoff personalment, jew forsi għandhom xi ittri, dokumenti jew affarijiet oħra marbutin miegħu, qed ikunu mistiedna li jmorru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun biex jasmu l-esperjenzi tagħhom dwar Mintoff. Dan permezz ta’ sejħa li qed tagħmel Sensiela Kotba Soċjalisti.
Il-pubbliku hu mistieden biex imur nhar is-Sibt 29 ta’ Lulju, bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar u kif ukoll bejn l-16:00 ta’ wara nofsinhar sas-19:00 ta’ filgħaxija.
Min ma jistax joħroġ mid-dar għal xi raġuni jew oħra jista’ jċempel fl-istess ħinijiet fuq 99428984.
Kull oġġett li se jkun qed iġib miegħu l-pubbliku se jkun qed jibqa’ għand sidu, sakemm sidu ma jkunx irid li jsir mod ieħor.