B’mod effettiv mit-30 ta’ Novembru li ġej, iċ-ċittadini li għandhom passaport Malti se jkunu jistgħu jidħlu fiċ-Ċina għal perjodu sa 30 jum mingħajr il-bżonn ta’ viża.
Dan jista’ jsir għal diversi raġunijiet, fosthom ta’ negozju, turiżmu, żjarat tal-familja, skambji u tranżitu.
Waqt li ħabbar dan l-iżvilupp, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, laqa’ dan il-ftehim bħala pass ieħor importanti fir-relazzjonijiet bilaterali fit-tul bejn iż-żewġ pajjiżi.
F’dan l-iżvilupp, iċ-Ċina estendiet ukoll il-politika tagħha ta’ vjaġġar mingħajr viża wkoll lill-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Kroazja, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Estonja, il-Latvja u l-Ġappun.