Kull min għandu majjal id-dar bħala annimal domestiku qed jiġi mitlub li japplika mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan id-Diviżjoni għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti sal-15 ta’ Frar 2018 sabiex ikunu konformi mal-liġi.
L-applikazzjoni tista’ titniżżel min fuq is-sit elettroniku: http://agriculture.gov.mt/en/vprd/Pages/swine.aspx jew tinġabar dirett mid-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja, Triq il-Biċċerija, Albert town, Marsa. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numri 22925588 jew 22925344 jew jibgħat email: veterinaryregulation.msdec@gov.mt