Regolamenti ġodda fl-Animal Welfare Act jikkonċernaw klieb li jinżammu marbuta.
Ħaġa li spiss narawha f’xenarju Malti, u fil-qilla tas-sajf jaf issir sitwazzjoni ta’ moħqrija.
Għalhekk fil-Parlament kien approvat abbozz ta’ liġi biex jemenda l-att dwar it-trattament xieraq tal-annimali. L-iktar emenda sinnifikanti hi li ebda persuna m’għandha żżomm kelb marbut, jew iġġiegħel lil kelb ikun marbut, maqful b’katina jew imrażżan ma’ xi oġġett stazzjonarju bħala mezz ta’ għeluq.
Dan l-aħħar rajna assoċċjazzjonijiet tal-annimali b’kampanji biex klieb ma jitħallewx marbuta, hekk kif preżentament kif inhu stipulat fil-liġi, kelb jista’ jinżamm marbut b’ċinga ta’ ċertu qies.
Issa, jekk kelb se jinżamm f’post magħluq, irid bilfors ikun skont standards ippubblikati fir-regolamenti tas-santwarji. Għandu, fost oħrajn, ikun hemm ilquh tajjeb mill-elementi u l-post ikun miżmum nadif u b’ilma frisk.
Meta kien qed ikun diskuss l-abbozz ta’ liġi, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li huwa bl-eduakzzjoni li jkun faċilitat l-infurzar tal-liġi.
L-uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Annimali ingħata l-għodda biex jaħdem fil-qasam edukattiv, isemma leħnu mat-tfal u jfiehem il-leġiżlazzjoni Maltija.
Dan l-aħħar rajna assoċċjazzjonijiet tal-annimali b’kampanji biex klieb ma jitħallewx marbuta, hekk kif preżentament kif inhu stipulat fil-liġi, kelb jista’ jinżamm marbut b’ċinga ta’ ċertu qies