Persuni li jqumu f’nofs ta’ lejl bi bżonn li jmorru t-tojlit x’aktarx se jkollom bżonn inaqqsu l-ammont ta’ melħ li qed jieħdu fid-dieta tagħhom, dan skont tobba mill-Ġappun.
Il-problema, li tissejjaħ nocturia, li taffettwa l-aktar persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena, qed tispiċċa ttellef lil bosta mir-raqda fonda li jkunu fiha u jaf saħansitra taffettwa l-ħajja tal-persuni affettwati.
Fi studju li sar fuq 300 volontier, riċerkaturi sabu li jekk persuna tnaqqas l-ammont ta’ melħ li jieħu, id-drabi li jmur it-tojlit biex jagħmel ‘pipi’ tonqos ukoll.
Ir-riċerkaturi, mill-Università Nagasaki, ippreżentaw is-sejba tagħhom waqt il-kungress ‘European Society of Urology’ f’Londra.