Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May wisset li f’każ li Brexit ma jseħħx dan iwassal għal nuqqas ta’ fiduċja fid-demokrazija.
Fi kliema din tkun mossa katastrofika u waħda li ma tinħafirx.
F’artiklu fil-ġurnal Sunday Express, May appellat lill-membri parlamentari Ingliżi sabiex nhar it-Tlieta li ġej jappoggjaw il-ftehim abbozz dwar BREXIT. F’każ li dan il-vot ma jgħaddix, ir-Renju Unit ikun f’riskju li jitlaq mis-sħubija mingħajr ftehim jew inkella l-BREXIT ma sseħħx.