Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002, fi stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika informa lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott Buitoni Semolino m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għas-soja, minħabba li nstab li fih soja li m’huwiex iddikjarat fuq it-tikketta.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Semolina | |||
Ditta: | Buitoni | |||
Użin: | 250g | |||
Numri tal-lott: | 7058085022 u 70580850 | |||
Dati tad-durabbiltà: | 01/02/2019 u 28/02/2019 | |||
Oriġini: | L-Italja |
Skont l-Istqarrija l-kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet għaldaqstant id-Direttorat hu obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku hu ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali http://health.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.