Tliet Sudaniżi weħlu sentenza ta’ ħabs wara li ammettew li ppruvaw jitilqu minn Malta billi ppruvaw jitilgħu fuq il-katamaran illegalment billi staħbew f’kontejner tal-merkanzija.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Karl Roberts spjega kif l-irġiel instabu ġewwa kontejner appik biex jitla’ fuq il-vapur.
Huwa spjega wkoll li filwaqt li wettqu r-reat dawn kkompromettew is-sigurtà tal-port.
Tenna wkoll li lanqas biss wettqu test tal-COVID-19.
Huwa tenna li f’Malta, jekk twettaq reat trid tħallas għalih u mingħajr sentenza ta’ priġunerija effettiva l-irġiel kienu se jippruvaw jerġgħu iwettqu r-reat.
L-avukat tal-għajnuna legali talab għal sentenza sospiża madankollu l-Qorti ma laqgħetx it-talba u tat sentenza ta’ erba’ xhur ħabs effettivi lit-tliet ġuvintur kif ukoll multa ta’ €11.65.