Raġel Awstraljan, tard is-Sibt filgħaxija, ħelisha ħafif meta waqa’ sitt sulari minn fuq irdum fl-Awstralja.
Ir-raġel li għandu 25 sena kien qiegħed fuq il-propjetà tal-ġenituri tiegħu f’Sydney meta f’ħin minnhom spiċċa f’żona li għandha ammont kbir ta’ siġar tard is-Sibt filgħaxija.
Wara operazzjoni ta’ salvataġġ kemmxejn diffiċli li damet mhux inqas minn ħames sigħat, ir-raġel ittella’ u ngħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu hi waħda stabbli.
Surġent tal-Pulizija ta’ New South Wales sostna li kulħadd baqa’ mbellaħ kif dan ir-raġel baqa’ ħaj wara waqgħa bħal dik.