Sewwieq ta’ trakk jista’ jgħoddha b’waħda wara li skiddja u baqa’ dieħel ġo tal-linja. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħodu fi Triq Għajn Qajjet fil-Baħrija.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili iżda fortunatament ma weġġa’ ħadd.