Raġel ta’ 34 sena minn Birkirkara ħelisha ħafif wara li nqaleb bil-vann f’San Ġiljan.
Kien għall-ħabta tas-13:00 fi Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan meta għal xi raġuni l-vann tat-tip Isuzu nqaleb.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.