Iranjan ta’ 29 sena residenti l-Gżira ndarab ħafif wara li waqa’ minn fuq il-mutur tiegħu.
Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa FI Vjal ir-Riħan f’San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei.
Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.