Żejtuni ħelisha ħafif wara li r-residenza tiegħu fiż-Żejtun inħakmet minn nirien illum wara nofsinhar.
L-inċident seħħ illum fi Sqaq San Lawrenz fis-14:30 ta’ wara nofsinhar fejn hu magħruf li main tad-dawl ħa n-nar.
Ir-raġel li kien ġewwa r-residenza nħareġ barra fejn fortunatament ma sofra ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili fejn ikkontrollaw in-nirien.