Ħadd ma ndarab wara li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili salvaw żewġ persuni li kienu maqbudin f’nirien li ħakmu l-appartament li kienu fih f’Buġibba. Kien għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu meta l-membri tal-Protezzjoni Ċivili mis-sezzjoni tax-Xemxija rrispondew għal sejħa għall-għajnuna wara li appartament f’Buġibba nħakem minn nirien.
Wara li ħarġu żewġ vetturi, erba’ membri tat-tifi tan-nar u żewġ uffiċali n-nirien ġew ikkontrollati.
Minkejja li ħadd ma ndarab fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittmi wara li belgħu d-dħaħen.