Tliet bugħaddasa ħelsuha ħafif wara li ġew salvati fix-Xwejni f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu fiż-żona ta’ Ras ir-Reqqa fix-Xwejni f’Għawdex meta t-tliet bugħaddasa li kienu fil-baħar sabu ruħhom f’diffikultà.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta, fejn il-membri permezz ta’ patrol boat u ħelikopter tellgħu lill-bugħaddasa b’żewġ sajjetti jfaqqgħu fl-isfond.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Ritratt + Filmat: Bertu Pace