Żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Mali weħel sentenza ta’ tliet xhur ħabs wara li fil-Qorti ammetta li għamel użu minn passaport ta’ ħaddieħor biex jaħrab minn Malta.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ġie spjegat kif iż-żagħżugħ inqabad mill-awtoritajiet Maltin fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qabel it-titjira.
Kemm il-Prosekuzzjoni kif ukoll id-Difiża qablu li ż-żagħżugħ għandu jeħel sentenza minima ta’ ħabs peress li għadu taħt l-età.