Marphil Gauci li għandu 27 sena weħel tliet snin ħabs wara li ammetta li fuq medda ta’ 3 xhur seraq minn żewġ karozzi u vvandalizzahom bil-valur ilaħħaq ftit aktar € 2,000.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke huwa ġie akkużat li fit-8 t’Awwissu li għadda seraq mobile minn karozza pparkjata fil-Gżira.
Xahar wara huwa seraq xi affarijiet personali minn karozza fl-Imsida.
Huwa kien mixli wkoll li intenzjonalment ikkawża ħsarat fuq iż-żewġ karozzi, l-aktar waħda riċenti tkun nhar l-Erbgħa li għadda