Matthew Camilleri mill-Gżira jeħel sitt snin ħabs hekk kif instab ħati mill-qorti li xtara biljetti tal-lottu u Ubet b’ċekkijiet misruqa.
Camilleri kien mixli li fl-2012 seraq diversi oġġetti elettroniċi, flus kontanti u ċekkijiet minn ħanut fil-Mosta.
Huwa ġie mressaq ukoll fuq akkużi li hedded uffiċjal tal-Pulizija, li rema’ settijiet ta’ televiżjoni u monitors fil-baħar, ksur tal-ordni pubblika, frodi ta’ ċekkijiet misruqa u dikjarazzjoni li jaħdem ma’ kumpanija fittizja.
Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud sabet lill-imputat, li huwa riċediv, ħati biss fuq l-akkużi li għamel użu minn ċekkijiet ta’ kumpaniji b’firem foloz u li kiser l-ordni pubblika.
Dan wara li kkunsidrat li x-xhieda tal-esperti forsensinċi baqgħu ma sabux provi li l-imputat kien li seraq l-oġġetti.