Għawdxi weħel multa ta’ elfejn u ħames mitt ewro wara li nstab ħati li żamm żewġt iklieb maqfula ġewwa gaġeġ iżgħar milli stipulat mil-liġi f’garaxx fiż-Żebbuġ.
Il-każ tela’ quddiem il-Qorti t’Għawdex is-sena l-oħra meta l-Uffiċċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali ġew infurmati li kien hemm xi klieb miżmuma għal ħin twil ġewwa gaġġa fit-tali garaxx.
Minn spezzjoni li għamlu l-uffiċjali ħallew notifika lis-sid sabiex jirregola ruħu mdankollu r-raġel baqa’ jinsisti li l-klieb kienu qed jinżammu f’kundizzjoni tajba u sa xahar wara li ħarġet in-notifika, il-klieb instabu jgħixu fl-istess kundizzjonijiet.