Libjan ta’ 40 sena spiċċa ħallas €4,070 wara li tressaq il-Qorti hekk kif l-uffiċjali tad-dwana qabdu lil Mohammed Khaled Abdalla Keryem jipprova jaqbad titjira għal Tunis b’aktar minn €11,000 fi flus kontanti.
Fil-Qorti huwa wieġeb ħati filwaqt li qal kif dawk il-flus kienu ġejjin minn xogħol li hu kien qed jagħmel f’pajjiżna u li kien se jeħodom biex jiddepożitom f’pajjiżu. Il-liġi Maltija tgħid li jekk wieħed iġorr miegħu iżjed minn €10,000 fi flus kontanti meta jsiefer dan għandu jidakjarahom.
Minkejja dan huwa ma setax jagħmel transfer permezz ta’ bank u peress li la jifhem bil-Malti u lanqas bl-Ingliż huwa ma setax jifhem l-avviżi fl-ajruport. Huwa wieġeb ħati sabiex jevita restrizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest hekk kif isiefer ta’ spiss fuq xogħol.