Raġel li attakka tliet pulizija f’każin tal-Partit Nazzjonalista ntbagħat għaxar xhur ħabs.
Michael Farrugia ta’ sitta u sittin sena nstab ħati li f’Marzu tas-sena l-oħra ħebb għall-uffiċjali fil-każin Nazzjonalista tal-Imqabba.
Fil-Qorti nstema’ kif Farrugia li sentejn qabel kellu każ simili, saħansitra hedded lill-pulizija li jaqtalhom rashom u joqtol lil marthom u wliedhom.
Huwa anki nstema’ jgħajjat kliem vulgari u riżultat ta’ hekk apparti s-sentenza ta’ priġunerija ġie ordnat iħallas multa ta’ ħamest elef ewro.