Raġel ta’ 31 sena weħel ġimgħa ħabs wara li nstab ħati li hedded lill-eks sieħba.
Il-każ seħħ sena ilu, hekk kif ta fastidju lill-eks tfajla u heddidha.
Fil-Qorti ntqal kif ir-raġel u t-tfajla kellhom relazzjoni ta’ sentejn u kellhom tifla.
Intqal kif ir-raġel mar quddiem il-fabbrika f’Ħal Far, fejn taħdem u għamlilha l-ponn ma’ wiċċha u qalha li jekk mhux se jara lit-tifla kien se jkissrilha l-karozza.
Huwa heddidha li kien se joqtolha u semma’ l-każ ta’ qtil li seħħ f’Ħaż-Żabbar fi Frar tas-sena l-oħra.
Barra, is-sentenza ta’ ħabs, il-Maġistrat Rachel Montebello ordnatlu biex għal żmien sena ma jdejjaqx lill-mara u jekk jagħmel hekk jeħel multa ta’ €1,000.