David Bonnici ta’ 45 sena ngħata sentenza ta’ għoxrin xaħar ħabs, wara li ġie mixli li f’Mejju li għadda weġġa’ ħafif lil missieru. Huwa ammetta’ li weġġa’ lil missieru.
Fil-Qorti ġie innutat li Bonnici għandu problema ta’ droga u problema biex jimmaniġja r-rabja. Il-Qorti innutat ukoll li hu instab ħati għal diversi reati, iżda l-aktar fuq agressjoni u pussess ta’ droga.
Il-Qorti qalet li l-imputat ma jistax jibqa’ jkun vjolenti u jikser il-liġi . Innotat li kiser ordni ta’ protezzjoni milli jersaq lejn il-ġenituri tiegħu.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke. Apparti mill-għoxrin xahar ħabs. Apparti minn hekk il-Qorti poġġietu taħt ordni ta’ trattament għal tlett snin u tat ordni sabiex hu ma jersaqx lejn missieru għal tliet snin.