Bjorn Borg weħel seba’ snin u xahar ħabs wara li nstab ħati ta’ sensiela ta’ serq aggravat f’diversi jiem differenti f’Awwissu li għadda.
Borg iffaċċja xejn inqas minn 43 akkuża fosthom serq minn basktijiet tan-nisa li kienu fit-triq, serq aggravat minn karozzi u anki ġbid ta’ flus minn magna tal-ATM għad-dannu ta’ ħaddieħor.
Huwa nstab ħati wkoll li kien riċediv.
Meta ġie biex jagħti l-piena, il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq li mhux aċċettabbli li nies tal-affari tagħhom jiġu trawmatizzati fit-toroq wara li kull ma jkunu jridu huwa li jaslu lura d-dar qawwijin u sħaħ.