Darren Brincat weħel 4 snin ħabs u multa t’aktar minn €1,300 wara li darab persuna u seraq minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi.
Irriżulta li fit-18 ta’ Settembru li għadda, Brincat ikkawża ġrieħi ta’ natura gravi fuq Matthew Mario Grech, b’arma li ma kellux liċenzja għaliha, waqt li kien qiegħed fi stabbiliment f’Ħal Qormi.
Barra minn hekk, jumejn qabel, l-akkużat seraq €200 fi flus kontanti minn banka tal-lottu.
L-akkużat, li għandu fedina penali kkulurita ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u talab skuża.
Fl-għoti tas-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Joseph Mifsud talab lid-Direttur tal-Ħabs biex jagħti l-għajnuna u t-trattament meħtieġ lill-imputat.