Elguja Bzikadze, Ġorġjan ta’ 32 sena ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li seraq minn żewġt idjar.
Il-Ġorġjan seraq xi ġojjelli minn dar f’Ħal Balzan lura fl-2018 u jumen qabel kien seraq xi apparat elettroniku kif ukoll xi ġojjelli oħrajn minn appartament f’San Pawl il-Baħar.
Minn investigazzjoni tal-pulizija nstab li kien hemm żewġ appartamenti li kienu mikrija lill-grupp ta’ nies Ġorġjani u minn rejd li sar mill-pulizija, instabu diversi oġġetti oħrajn misruqin.