Raġel li nstab ħati li żamm l-annimali f’kundizzjonijiet ħżiena ġewwa razzett fil-Mosta weħel multa ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro.
Huwa ġie ikkundannat ukoll sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin.
David Pace ta’ wieħed u erbgħin instab ħati li ħalla l-annimali jgħixu f’kundizzjonijiet miżeri u li ħoloq tbatija fuq dawn il-ħlejjaq.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-akkużat ħalla sittax-il żiemel bil-ġuħ, ħmistax-il kelb bil-kullar issikat m’għonqhom u żamm numru ta’ dundjani, fniek, tiġieġ u ħnieżer b’mod illegali f’kundizzjonijiet ħżiena.