Etienne Micallef li oriġinarjament weħel xahrejn ħabs talli naqas li jħallas il-manteniment fi żmien stipulat kellu s-sentenza tiegħu mibdula fi stadju tal-appell.
Fil-Qorti ntqal li Etienne Micallef kien naqas li jħallas il-manteniment għal uliedu lill-eks mara tiegħu Nadia Micallef. Wara li r-raġel appella mis-sentenza li ordnat sentenza effettiva ta’ ħabs huwa laħaq ħallas il-manteniment kif miftiehem.
Filwaqt li l-Qorti tal-Appell ma ħassritx is-sentenza tal-ewwel Qorti, l-Imħallef Giovanni Grixti rriforma s-sentenza u flok bagħat lir-raġel għal xahrejn ħabs, immultah €25.