Raġel ta’ 55 sena ġie kkundannat disa’ snin ħabs wara li ammetta li abbuża sesswalment it-tifla ta’ kuġinuh.
Il-każ seħħ meta t-tifla kellha seba’ snin u nstema’ kif ir-raġel espona lit-tifla għal materjal pornografiku li fost l-oħrajn instab fir-residenza tiegħu fil-Belt lura fl-2019.
Huwa abbuża sesswalment mit-tifla meta kien fdat biex jieħu ħsiebha.
Għaldaqstant il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat biex isem ir-raġel, li ma jistax jixxandar biex tkun imħarsa t-tifla, jkun impoġġi fuq ir-reġistru tal-pedofli.