Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, Pollakk ta’ 33 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weħel 54 xahar ħabs wara li nstab ħati, li fit-22 ta’ April li għadda, waqt li kien fis-sakra, weġġa’ gravi lis-sieħba tiegħu.
Milosz Dlugosz, wettaq dan ir-reat waqt li kien b’libertà kkundizzjonata ta’ tliet snin, li kien ingħata fis-16 ta’ April li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti tat ordni biex Dlugosz ikun mgħejjun sabiex jindirizza l-problema tiegħu tax-xorb u biex tkun imħarsa s-sieħba tiegħu.