Abbdulahi Jimale Hassan ta’ 32 sena mis-Somalja residenti Malta ġie kkundanat 5 snin ħabs. Huwa ġie akkużat bi 12-il akkuża, 10 akkużi minnhom huma fuq akkużi ta’ serq minn ħwienet u karozzi fil-Marsa u Ħamrun.
L-akkużat m’għandux saqaf fuq rasu u kien bl-istess ħwejjeġ ta’ meta wettaq serq minnhom. Qal li hu seraq biex jixtri x’jiekol.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.