Jehiel Falzon, ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar weħel tletin xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq minn fuq mara u minn karozza f’Ħaż-Żabbar.
Iż-żagħżugħ kien ammetta li fid-9 ta’ Jannar li għadda seraq minn fuq mara ta’ 66 sena filwaqt li tlett ijiem wara seraq ukoll minn karozza.
Il-Qorti ordnat garanzija personali ta’ €2,000 għal żmien sena fil-konfront tal-vittimi li minnhom seraq.
Il-Qorti talbet lid-Direttur tal-Ħabs sabiex minħabba l-problema ta’ droga li għandu l-imputat jingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex isegwi u jispiċċa l-programm ta’ rijabilitazzjoni.