Raġel mill-Gambja weħel 17 -il xahar ħabs fuq serq u atti indiċenti fil-pubbliku.
Ir-raġel huwa riċediv wara li s-sena l-oħra kien weħel 6 xhur ħabs fuq serq u pussess tad-droga kannabis.
Il-Qorti kienet ordnat li jibdew jgħaddu proċeduri biex huwa jintbgħat lura pajjiżu.
Intant ir-raġel fost l-oħrajn instab ħati li fl-4 ta’ Diċembru li għadda seraq telefon ċellulari mis-Swieqi.